Il-Qorti kkonfermat negliġenza kbira minn naħa ta’ perit li kien qed iservi kemm bħala perit kif ukoll bħala Site Technical Officer fuq proġett f’Birkikara.
Xogħolu f’dan il-proġett ta’ kostruzzjoni, fuq propjetà tiegħu stess, wassal biex saru ħsarat lil propjetà fil-qrib. Madwar 40 travu tneħħa minn ħajt komuni waqt ix-xogħol ta’ demolizzjoni, u dan ikkawża konsenturi fil-bini tal-madwar.
Il-Perit David Psaila ressaq appell wara li kellu l-liċenzja sospiża għal sitt xhur mill-Kunsill tal-Kamra tal-Periti u Inġiniera Ċivili fl-2022.
Filwaqt li l-Qorti qablet mal-argument li Psaila ma wettaqx reat meta aġixxa ta’ Site Technical Officer u Perit fl-istess ħin, ikkonfermat li ma wettaqx xogħolu b’mod professjonali u b’diliġenza.
Il-Qorti argumentat li għalkemm iż-żewġ rwoli m’humiex l-istess, m’humiex inkompatibbli.
Għaldaqstant, filwaqt li naqset b’xahrejn is-sospensjoni tal-liċenzja tiegħu, ikkonfermat il-bqija tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kamra tal-Periti u Inġiniera Ċivili u s-sospensjoni tal-liċenzja tiegħu tibqa’ fis-seħħ.
Dan minbarra li l-ħsara kkawżata għal għemilu għandha titħallas minnu u mill-Kamra tal-Periti.