Tul dan is-sajf, il-grawnd li hemm f’The Meeting Place fil-Marsa se jkun miftuħ għall-familji fuq l-ispettru tal-awtiżmu.
Dan biex għal sena oħra, iservi ta’ spazju miftuħ fejn tfal bl-awtiżmu jkunu jistgħu jiġru u jilagħbu b’libertà waqt li l-ġenituri tagħhom igawdu ftit ħin ta’ mistrieħ.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet, li saret mill-Fondazzjoni Marigold, fejn ukoll ġiet ippreżentata donazzjoni annwali lill-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri tat-Tfal bl-Awtiżmu.
Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li dan qed isir bħala parti mill-ħidma biex matul ix-xhur tas-sajf, jiġu pprovduti spazji siguri għal dawk fuq l-ispettru tal-awtiżmu.