Saleh Jawamis ta’ 26 sena u Shachar Dekel ta’ 23 sena, żewġ partitarji Iżraeljani ngħataw sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tliet snin u ġew immultati €300 kull wieħed.
Dan wara li fil-Qorti nstabu ħatja li lbieraħ filgħaxija waqt il-logħba bejn Ħamrun Spartans u Macabi Haifa fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, xegħlu u waddbu l-flares.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, iż-żewġ akkużati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Farrugia pprojbixxa liż-żewġ partitarji milli jidħlu fi grawnds sportivi għal sena sħiħa.