Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li nqala’ argument illejla fi Triq is-Sikka f’Marsaskala.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs tal-lejla.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News minn fuq il-post, jidher li l-argument inqala’ f’residenza u fih intużaw xi armi bil-ponta.
Fuq il-post hemm evidenti ħafna demm mal-art u jidher li anki fir-residenza fejn seħħ il-każ.
Il-Pulizija dehru jitkellmu mal-ġirien biex jiksbu l-informazzjoni ta’ x’seta’ ġara, hekk kif jidher li l-aggressur ħarab minn fuq il-post, u jidher ukoll li huwa armat.
Il-każ aktarx huwa marbut mad-droga u attività kriminali.
Nifhmu li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-aggressur.