Fi stqarrija maħruġa lbieraħ filgħaxija l-Oppożizzjoni rrepetiet gidba ta’ Daphne Caruana Galizia u flimkien qalu li saru erba’ libelli oħra fil-konfront ta’ Caruana Galizia, din id-darba mingħajr mandati kawtelatorji.
Dan qalu fi stqarrija l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.
“Bħala stat ta’ fatt, sa issa ma sarux aktar libelli fil-konfront ta’ Caruana Galizia. La mill-Ministru Cardona u lanqas minn Dr Joseph Gerada.
Jekk dawn qed jigdbu fuq fatt daqstant bażiku, li jista’ jiġi vverifikat b’mod mill-iktar sempliċi, aħseb u ara kemm huma lesti jigdbu fuq affarijiet ikbar biex iħammġu lin-nies mingħajr prova waħda ta’ verità.”