Matthew James Borg jippreżenta lill-pubbliku Malti u Għawdxi u lil kull min iħobb il-mużika kontemporanja, kanzunetta oħra divertenti li ser titgawda b’mod speċjali dan is-Sajf.
‘Mhux Xorta’ hija kanzunetta movimentata b’beat modern li ma tistax ma tiċċaqlaqx magħha meta tismagħha. Imma Mhux Xorta ma tridx tisma’ l-mużika biss, anzi. Trid tgħati kas speċjali għal kliem fejn, għal darb’oħra, Matthew jirnexxielu jagħżel tema li tinħass friska u relevanti għaż-żminijiet tal-lum, b’mod speċjali, din id-darba, t-tgerfix li ngerrfxu fil-lingwa Maltija! Matthew jiġbed saqajn u l-attenzjoni ta’ kulħadd b’kanzunetta li hija bilingwali daqsna l-Popolin! Sushi jew Pastizz? X’għandna bro, what’s going on?
B’kollaborazzjoni ma’ Keith Howard u Micimago, Mhux Xorta hija mżejna bit-talent fenomenali tal-influencer Malti Luke Magro – żgur ‘as you’ve never seen him before’! Waħda bl-Ingliż, ħa. Titkellmu kif titkellmu, ngħaqdu ma’ Matthew James f’ċelebrazzjoni t’għaqda u ferħ fil-mużika.
Mhux Xorta tistgħu tarawha fuq l-istreaming platforms li tippreferu jew hawn: