Sitt persuni fosthom tlett itfal tal-kindergarten sfaw maqtula f’attakk fi skola fin-Nofsinhar taċ-Ċina.
Kelliema tal-Gvern qalet l-vittmi huma għalliem, żewġ ġenituri u tliet studenti. Hija ma tat l-ebda dettalji dwar l-identitajiet tal-vittmi u lanqa dwar l-arma użata fl-attakk.
Intqal li suspettat ta’ 25 sena ġie arrestat u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
Diversi filmati tal-attakk inxterdu fuq il-midja soċjali Ċiniża u qajmu bosta reazzjonijiet ta’ xokk u rabja.
Fiċ-Ċina l-armi tan-nar huma pprojbiti però fl-aħħar snin kien hemm żieda ta’ attakki bis-skieken.