Tliet fortizzi li nbnew taħt il-ħakma Ingliża f’pajjiżna qed jingħataw l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-bini. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar wara li ngħataw status ta’ Grad 1.
Il-fortifikazzjonijiet protetti huma; l-Forti tas-Silġ u l-forti ta’ Dellimara f’Marsaxlokk u Forti Leonardo t’Ħaż-Żabbar.
Dawn il-fortifikazzjonijiet nbnew minn ġebla tal-ġir ta’ oriġini lokali u huma arkitettonikament notevoli.
L-Awtorità tal-Ippjanar għandha madwar tlett elef proprjetà fir-reġistru tagħha biex il-pubbliku jkun jista’ jesplora u japprezza l-wirt kulturali ta’ pajjiżna.