Il-kampjonati mondjali tal-Pool komplew bil-logħob tagħhom bi tmiem il-gimgħa tkun dedikata ghall-World Masters Tournaments kif ukoll għal kompetizzjoni Team Shootout.
F’logħba mill-aktar eċċitanti t-tim Malti tal-irġiel kiseb rebħa ta’ 5-4 kontra l-Indja bil-plejer Malti Ryan Pisani jikseb il-frame tar-rebha 25 sekonda qabel it-tmien tal-ħin allokat. Malta issa tkun impenjat fit-Team Shootout illum fil-kwarti tal-finali kontra t-tim nazzjonali ta’ Reunion Islands.
Clayton Castaldi ikkwalfika mal-aħħar sittax tal-kampjonati individwali bl-aħħar rebħa tasal fuq il-plejer Indjan Steve Singh 8-3.
It-tim taż-żagħażagh ta’ taħt it-tmintax il-sena kiseb żewġ rebħiet oħra kontra l-Ingilterra bl-iskor ta’ 9-6 u rebha kbira ta’ 12-3 fuq it-tim nazzjonali Irlandiż biex issa qed jokkupa t-tieni post tal-fażi tal-gruppi.