Il-gwerra fl-Ukrajna daħlet fil-ħames mitt ġurnata tagħha, bl-ebda sinjal li dan il-kunflitt ibatti.
F’din il-ġurnata l-President Ukren, Volodymyr Zelensky, żar dik li hija magħrufa bħala ‘Snake Island’; simbolu tar-reżistenza Ukrena.
Fil-bidu tal-gwerra din il-gżira ntrebħet mill-forzi Russi iżda ntrebħet lura mill-Ukreni. Zelensky ddeskrivieha bħala post ta’ rebħa u ma tistax terġa’ tintrebaħ mill-forzi Russi.
Intant, fi żvilupp ieħor b’rabta mal-Gwerra l-Istati Uniti qalu li se jibgħatu numru ta’ bombi taċ-ċomb magħrufa għal fatalitajiet ta’ persuni ċivili.
Kelliem għall-President Amerikan, Joe Biden, iddeskriva d-deċiżjoni bħala waħda diffiċli ferm filwaqt li l-President dam sabiex ikkonvinċa ruħu.
Minkejja li d-deċiżjoni ntlaqgħet mill-President Ukren, l-istess deċiżjoni ġabet il-kritika ta’ diversi gruppi tad-drittijiet umani u saħansitra ta’ esponenti Demokratiċi.
Dawn it-tip ta’ bombi huma illegali milli jintużaw f’aktar minn mija u għoxrin pajjiż, iżda diġà intużaw f’din il-gwerra.