Il-Gvern Olandiż, b’koalizzjoni ta’ erba’ partiti kkollassa wara li falla milli jilħaq qbil dwar il-politika tal-ażil.
Il-koalizzjoni ilha sena u nofs, bil-partiti nvoluti jimbuttaw politika differenti rigward l-immigrazzjoni.
Il-Partit Konservattiv VVD li jagħmel parti minnu l-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte qiegħed jimbotta biex ikun limitat in-numru ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil. Dan wara li s-sena li għaddiet iċ-ċentri tal-migrazzjoni fil-pajjiż kienu ffullati. Minkejja dan il-Partiti l-oħra fi ħdan il-koalizzjoni ma kienux tal-istess fehma.
Skont il-midja Olandiża qiegħed jiġi rrappurtat li aktarx il-pajjiż se jkun qiegħed jivvota f’Novembru biex jiġi elett Gvern ġdid. Sadanittant, hu mifhum li l-Gvern Olandiż se jibqa’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala gvern provviżorju.