Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal fil-parlament li matul l-2016 kien hemm 54 każ ta’ ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni.
Meta wieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet tal-membru parlamentari laburista Anthony Agius Decelis, huwa qal li dawn kienu ħames irġiel Maltin, 44 mara Maltija u ħames nisa barranin.
Matul l-istess perjodu dawn inħarġulhom 174-il taħrika relatati ma’ dawn ir-reati. Hemm diversi każijiet li għadhom pendenti (sub-judice) filwaqt li f’każijiet oħra kien hemm sentenzi sospiżi u multi, priġunerija u prigunerija u multi.
Minn dawk deċiżi kien hemm każ ta’ persuna li ma nstabitx ħatja u żewġ każi preskritti.