Illum wara nofsinhar waqt li Uffiċjali Korrettivi kienu qegħdin jagħmlu tfittxijiet fuq oġġetti li kienu qegħdin jiddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kellhom suspett fuq par żarbun li kien se jiddaħħal fil-Faċilità. Waqt din it-tfittxija intensiva li saret instab li fil-qiegħ taż-żarbun kien hemm 23 pakkett ta’ sustanza suspettuża li tista’ tkun droga. Fil-fatt irriżulta li kien hemm tliet tipi ta’ sustanzi differenti.
Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija tad-distrett li qed ikomplu bl-investigazzjonijiet.
Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Charmaine Galea, ġiet infurmata u ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti fosthom il-Pulizija tal-Forensika biex iħejju r-rapporti tagħhom.
Din is-sejba tixhed b’mod ċar l-impenn li l-Faċilità Korrettiva qed twettaq fl-isforz biex telimina kull tip ta’ oġġetti pprojbiti u llegali milli jidħlu fil-ħabs.