Il-Parlament se jiddiskuti s-settur tal-enerġija nhar il-Ħamis, kif maħsub oriġinarjament.
L-Oppożizzjoni llejla qalet li riedet tipposponi d-dibattitu għax illum ġew ippubblikati l-kuntratti mill-Gvern u iktar kuntratti se jkunu ppubblikati għada.
Il-Prim Ministru spjega li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni kienet titlob għall-pubblikazzjoni tal-kuntratti u minflok ippubblikahom dakinhar jew wara, l-Gvern ippubblikahom illum.
Żied li minkejja dan xorta waħda kien lest jaqbel fuq data oħra għad-diskussjoni jekk kemm-il darba l-Oppożizzjoni tirtira l-mozzjoni.
Iżda, l-Oppożizzjoni ma kinetx lesta tirtira l-mozzjoni u għalhekk ma kienx hemm kompromess biex kollox baqa’ kif ippjanat oriġinarjament. Bil-pjan ikun diskussjoni nhar il-Ħamis.