Ftit tal-ħin ilu appartament, li jinsab fi Triq Joe Sciberras fil-Ħamrun, inħakem minn nirien. Immedjatament fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li bdew b’ħidma bl-operazzjoni biex jitfu l-fjammi.
Waqt l-operazzjoni ntuża wkoll it-turn-table ladder tal-Protezzjoni Ċivili.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ONE News hu nfurmat li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, għalkemm ħaddiema tas-salvataġġ salvaw qattus li nqabad fl-appartament ġewwa.
Jirriżulta li l-qattus kellu saħansitra jingħata l-ewwel għajnuna medika minn tim li ssejjaħ fuq il-post tal-inċident.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun.