Minkejja l-ħafna kliem, dimostrazzjonijiet u argumenti llum huwa ċar li f’pajjiżna għandna Oppożizzjoni li titkellem biss fuq it-trasparenza, iżda min-naħa l-oħra hawn Gvern li jaġixxi.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li kif imwiegħed, bil-pubblikazzjoni tal-kuntratti tal-enerġija bejn illum u għada, ġew ippubblikati l-kuntratti kollha maġġuri u aktar taħt dan il-Gvern.
Dan huwa x-xita fejn in-nida ta’ dak li kien isir fiż-żmien li Simon Busuttil kien parti mill-Gvern Nazzjonalista, b’kuntratti bħal tal-Maltco, Liquigas u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lanqas biss jistgħu jiġu ppublikati minħabba klawsoli fihom li jinpedixxu dan.
Filwaqt li llum f’pajjiżna hawn Gvern li qed idaħħal kontabilità u trasparenza bla preċedent, fl-istess waqt hawn Oppożizzjoni wkoll bla preċedent, li fl-istess waqt li tikkritika lill-Gvern fuq kuntratti maġġuri, sal-llum għadha qas ippubblikat il-lista ta’ nies fl-iskema ta’ dejn sigriet hekk imsejjħa ċedoli.