Matul dan is-sajf, se jkun qed jitwassal programm li juri s-snajja’ maltija. Il-programm li jġib l-isem SNAJJA’ se jlaqqa’ lis-segwaċi ta’ ONE ma’ bosta persuni li jżommu s-snajja’ ħajja.
Fl-ewwel programm li se jixxandar l-Erbgħa 5 ta’ Lulju fid-9pm se niltaqgħu ma’ Rita Farrugia mill-Qrendi li ilha taħdem il-bizzilla għal dawn l-aħħar 40 sena. Fil-programm se nsiru nafu aktar lil Rita u x-xogħol tal-bizzilla.
Il-programm li qed isir bil-kollaborazzjoni tal-kunsill Malti għall-arti jinkludi wkoll informazzjoni u riċerka minn Mario Coleiro.