Il-komunita’ tal-isport tal-Boċċi tinsab maħsuda u mnikkta bil-mewt tal-plejer Adrian Caruana fl-eta’ ta’ 46. Caruana kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-logħba tal-Boċċi u fil-karriera tiegħu rebaħ bosta unuri ma diversi klabbs differenti.
Matul il-karriera, Adrian Caruana lagħab ma’ Żebbuġ, Qormi San Bastjan, Birgu, Msida u Lija. Dan l-istaġun kien qed jilgħab mal-klabb ta’ Birkirkara.
Il-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi sellmet lil Adrian Caruana u ħabbret li se tkun qed tiġi osservata minuta silenzju qabel il-bidu tal-logħob mill-kampjonati u kompetizzjonijiet li se jsiru din il-ġimgħa.
Kondoljanzi lill-familjari kollha tiegħu.