Is-47 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu saret is-sibt filgħaxija fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela.
- Fl-ewwel post: Il-Baħħ u Jien – Christian Arding (Natasha Grima, Natasha Grima u Charlene Grech)
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
- Fit-tieni post: Meravilja – Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
- Fit-tielet post: Katina – Laura Bruno (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
Il-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni: Christian Arding (l-Baħħ u Jien)
Il-premju għall-aħjar tema soċjali: l-awtur Lon Kirkop għal Għadu Ma Sarx
Il-premju għall-aħjar kantawtur: Jean Claude Vancell b’MonokromIl-mistiedna speċjali ta’ din is-sena kienet Merga li interpretat żewġ kanzunetti sbieħ mis-snin sittin u sebgħin, b’arranġament orkestrali ta’ Mro Joe Brown.Il-festival kien preżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda u kien organizzat b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.