Illum jingħata bidu għall-Kampjonta Ewropew ta’ taħt id-19-il sena tal-UEFA, li se jkun qed issir f’pajjiżna.
Dan se jkun avveniment important li se jkun organizzt f’Malta wara li fl-2014 kienet organizzat il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena.
Il-partit inawgurali illejla se tkun qed tintlagħab fis-6 ta’ filgħaxija fit-Tony Bezzina Stadium bejn il-Polonja u l-Portugal.
Iktar tard, fid-9 ta’ filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali f’Ta Qali, Malta se tkun qed tidebutta f’konfront kontra l-Italja.
Intant għada minn Grupp B se jkun hemm żewp partiti fis-Centenary Stadium fejn in-Norveġja se tkun qed tilgħab kontra l-Ġreċja, u l-Iżlanda se tkun qed tilgħab kontra Spanja.
Iż-żewġ ambaxxaturi ta’ dan it-tournament huma l-leġġenda tal-futbol Malti Michael Mifsud, u l-plejer ta’ Ħamrun Sparatns u tat-tim nazzjonali Malti Joseph Mbong.