Ħames persuni weġġgħu wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa tal-bieraħ waranofsinhar fi Triq il-Warda.
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li raġel ta’ 46 sena minn Birżebbuġa, li kien qiegħed isuq Peugeot 508, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ġo siġra.
Fil-vettura kien hemm ukoll żewġt irġiel ta’ 77 u 69 sena kif ukoll żewġ nisa ta’ 76 u 68 sena, kollha mill-Istati Uniti.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanzi ħadu l-persuni kollha l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, ix-xufier tal-vettura u l-mara ta’ 76 sena ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-oħrajn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.