IL-KLINIKA hija sensiela oriġinali bi storja ta’ Clayton Pace u Martin Grech li ser titella’ taħt il-produzzjoni ta’ RG3 Productions. Storja b’għaxar episodji fejn wieħed ser ikun jista’ jgawdi bosta affarijiet, fostom it-talent Malti fejn
jidhol rextar.
L-Atturi magħżulha minn Mixta Drama huma taħlita ta’ stabbiliti u oħrajn ġodda. Atturi li ser idaħħlu lit-telespettaturi f’dinja mimlija intriċċi, emozzjonijiet u avventura.
One.com.mt se jlaqqana’ mal-atturi eċċezzjonali li qed jagħtu n-nifs lill-karattri, u jagħmlu “Il-Klinika” dik li l-produtturi
immaginaw.
L-Għaqda
Darion – Owena – Ivyn – Claude – Kristen
Permezz tal-prestazzjoni attraenti tagħhom, l-għaqda ser jgħadduna minn esperjenzi ta’ ħażen sfrenat. Nies bla
skrupli fejn il-ħajja għalijom m’hi xejn ħlif logħba ta’ poter.
Il-Familja
Tony – Elena – Juan – Noah
Tony u Elena kellhom tifel, tifel li ħadulom id-destin tagħhom u ntilef minn storja għal oħra. Destin li ser jiġi żvelat fl-istorja il-Klinika. Addotaw żewgt’itfal, Juan u Noah, li ser ikollom parti prinċipali f’dan is-serje. Għalfejn?
L-Isqallin
Edwardo – Kelly – Malcolm
Għalkemm qed insejħulom l-Isqallin, dawn huma tliet Maltin li ilhom ammont ta’ żmien jaħdmu fi Sqallija, id f’id mal-għaqda
li għadna kemm introduċejnilkom. Ilhom jaħdmu flimkien għal diversi snin, pero’ milli qed nisimghu, x-xitan deffes denbu,
u ser tinqala’ gwerra sħiħa. Gwerra li ser tisma’ fuqha d-dinja kollha.
Dawn huma parti mil-kast li IL-KLINIKA għandha lest għas-segwaċi ta’ ONE. Hemm bosta oħrajn li ser iżewqu din l-istorja, fostom anke nsibu wrestlers professjonali Maltin, bħal Wayne Pace, li ser ikun qed jinterpreta l-parti tal-karattru popolari li bih idur f’diversi pajjiżi bħala wrestler, Gianni Valletta. Fis-sensiela se naraw ukoll attur Taljan li ser ikun qed jidebutta gewwa Malta għall-ewwel darba apparti atturi oħrajn li huma popolari magħkom l-udjenza li tħobbu d-drama maltija.
U bilħaqq, hemm karattru minn dawk li qrajtu fuqhom li huwa spija. Qed nilħqu navżawkom biex ma tafdaw lil ħadd! Tkunu
tafu min mal-medda tal-episodji. Ftakru biss din… aktar ma jgħaddi, aktar wieħed ser jibda jirealiżża li l-frażi ċiniża tagħmel sens: Kull fejn hemm l-iswed hemm tikka bajda u kull fejn hemm l-abjad hemm tikka sewda.
Ħafna minnkom bħalissa qed tistaqsu: imma għalfejn dan is-serje jismu il-Klinika?? Dik ser ngħidulkom dalwaqt f’artiklu ieħor li jmiss fuq one.com.mt