L-istilla minn X-Men, l-attur Hugh Jackman ħabbar li kellu s-sitt kanċer fil-ġilda mneħħi.
Ħabbar lill-għaxar miljun segwaċi tiegħu li kellu ‘basal cell carcinoma’ oħra. Stqarr li huwa grazzi għat-testijiet frekwenti li jagħmel u t-tobba bravi li qed jara li jinsab tajjeb. Kellu appell importanti ħafna: użaw dejjem il-protezzjoni kontra x-xemx.