Terremot f’Java, gżira fl-Indonesja, ħalla minn tal-inqas għaxra midruba, filwaqt li persuna oħra mietet b’attakk tal-qalb.
It-terremot immarka qawwa ta’ 6.4 fuq l-iskala Richter.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Barra minn hekk, diversi djar, uffiċini u faċilitajiet tas-saħħa u edukattivi, ġarrbu xi ħsarat ħfief.
Il-gżira, tinsab f’żona fejn isseħħ ħafna attività tettonika, tant li hi mlaqqma “pacific ring of fire”, u b’hekk fiż-żona jseħħu numru ta’ terremoti u jiffurmaw diversi vulkani.