L-attur Kevin Spacey huwa “bully” u “jagħti fastidju sesswali lil irġiel oħra”.
Dan intqal minn Prosekutur Brittaniku, waqt il-ġuri fejn Spacey qed jiġi mixli b’12-il akkuża, kontra erba’ rġiel, bejn l-etajiet ta’ 20 u 30 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-attur, ta’ 63 sena, li rebaħ ukoll diversi premji, huwa l-aktar magħruf għall-parti li jinterpreta fis-serje ‘House of Cards’.
Mill-midja internazzjonali huwa ġie deskritt bħala “raġel li jieħu gost iġiegħel lil nies oħra iħossuhom skomdi.”
Spacey ġie akkużat is-sena l-oħra, u ċaħad l-allegazzjonijiet.