Ir-raġel li nqabad fuq filmat, inaqqax ismu u isem is-sieħba tiegħu mal-amfiteatru tal-Kolossew f’Ruma, huwa turist mir-Renju Unit, skont il-Pulizija Taljana.
Żiedu jgħidu li l-koppja ġiet identifikata minn xi ritratti, minkejja li isimhom ma ġiex ippublikat.
Skont rapporti mill-midja Brittanika, il-koppja jgħixu fi Bristol, u aktarx li diġà telqu mill-Italja.
Ir-raġel jista’ jaffaċċja multi ħarxa jew saħansitra piena ħabs sa ħames snin.
L-inċident ġie ffilmjat minn turist ieħor, li ammona lir-raġel, qabel ma ta l-filmat lill-awtoritajiet.
It-turist naqqas l-ismijiet ‘Ivan + Hayley 23’.
L-inċident qajjem diversi reazzjonijiet minn madwar il-globu.
Il-Ministru għall-Kultura Taljan, Gennaro Sangiuliano, qal li din kienet offiża għal kull min japprezza l-valur tal-arkeoloġija, l-monumenti u l-istorja.
Il-Kolossew, li nbena madwar elfejn sena ilu, huwa wieħed mill-aktar siti poplari mhux biss fil-kapitali, iżda wkoll fil-pajjiż.
Huwa wkoll sit protett mill-UNESCO.
Ritratt: Today