Ħafna llum bl-ismart phone. Ħafna oħra, apparti l-ismart phone, għandhom dak li llum tista’ tqisu dinożawr fid-dinja teknoloġika: b’saħħtu imma estint. Qed nirreferu għan-Nokia 3310, dak il-famuż mobile li l-batterija ddum isservi ġimgħa, u li twaqqa’ kemm twaqq’ fih, jibqa sħiħ.
Il-kumpanija Nokia ħabbret li dan se jerġa’ jibda jkun manifatturat! Se jkun jiswa €59 biss u se jkun qed jiġi riklamat bħala mobile li jaqbillek ikollok bħala t-tieni wieħed. Mistenni jkun imniedi waqt il-Mobile World Congrett aktar tard dan ix-xahar.
Ħasra mhux qabel, għax kien ikun rigal tajjeb għall-maħbub jew maħbuba. Bejn għax jaf iqanqal il-memorji, u bejn għax ma jkunx hemm aktar skużi li ‘bla battery’!