Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għal Summit ta’ jumejn bejn il-Mexxejja Ewropej b’aġenda għad-diskussjoni mimlija fosthom it-temi tal-Ukrajna, is-sigurtà u d-difiża, l-immigrazzjoni u l-ekonomija.
Fil-bidu tas-Summit kien hemm is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg fejn ġiet diskussa aktar koperazzjoni bejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea.
Tema oħra importanti fuq l-aġenda tad-diskussjoni hija l-immigrazzjoni.
Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew mistennija jiġu diskussi wkoll ir-relazzjonijiet fosthom diskussjoni strateġika dwar iċ-Ċina u anki mistennija tqum il-ħtieġa dwar aktar koperazzjoni mat-Tuneżija.
Fil-jum tal-Ġimgħa d-diskussjoni bejn il-Mexxejja Ewropej mistennija tkun iżjed ffukata fuq it-tema tal-ekonomija.
Intant qabel is-Summit tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela attenda għal laqgħa tal-Prim Ministri u Mexxejja tal-partiti msieħba fil-familja politika tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej.
Għal-laqgħa attendew wkoll Kummissarji Ewropej.
Fid-diskussjoni kien hemm aktar ħidma bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju tas-sena d-dieħla.
It-temi soċjali li jħaddnu l-partiti fi ħdan il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej kienu wkoll fuq l-aġenda tad-diskussjoni.
Welcoming Prime Minister of #Malta @RobertAbela_MT to #PESleaders ahead of #EUCO pic.twitter.com/yIyAw6AzH6
— PES 🌹🇪🇺 (@PES_PSE) June 29, 2023