Oġġett suspettuż, li dalgħodu kien eżaminat minn esperti tal-bombi, irriżulta li kien biss kaxxa mitluqa fi Triq il-Knisja, ix-Xagħra Għawdex.
Din il-kaxxa instabet għall-ħabta tal-10:45am, u minn hemm fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u ta’ esperti mill-bomb disposal.