Kunċert tal-kantanta Pink huwa post xieraq biex tferrex l-irmied ta’ ommok?
Ħafna jgħidu le. Iżda xi ħadd li vera jħobb lil din il-kantanta ma jaħsibhiex hekk. Waqt li Pink kienet qed tkanta d-diska tagħha “Just Like a Pill”, xi ħadd tefa’ borza tal-plastik ċara bi trab fiha għal fuq il-palk.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kantanta ta’ 43 sena qabdet il-borża mill-kantuniera u staqsiet jekk verament kinux l-irmied ta’ omm xi ħadd, u stqarret li tħossha ftit stramba b’din l-azzjoni.
Tista’ tara dan il-mument li seħħ fil-BST Hyde Park f’Londra f’dan il-filmat.
P!nk is left shocked as fan throws mother’s ashes on-stage: “Step too far” pic.twitter.com/ildzAYuF8s
— Pop Crave (@PopCrave) June 27, 2023
Ritratt: AsAndrewSpeaks