Raġel ta’ 53 sena li joqgħod Raħal Ġdid jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn mutur u karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofinhar tal-bieraħ fi Triq il-Marsa, il-Marsa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti San Ġiljan u mutur Yamaha misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammitġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.