Birdlife Malta hija tal-opinjoni li l-istaġun tal-insib għall-għasafar tal-għana m’għandux jiftaħ għaliex huwa kontra direttivi Ewropej.
F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-jum li fih il-Gvern Malti se jippreżenta l-punti tiegħu għall-ftuħ ta’ dan l-istaġun tal-insib quddiem il-Kummissjoni Ewropea, kelliema ta’ Birdlife Malta sostnew li għalkemm id-direttivi jagħtu lok ghall-insib f’certu kazi, l-użanza u d-delizzju mhumiex raġunijiet validi għall-insib. Żiedu wkoll li l-għasafar imsemmija huma protetti.
Qalu li bil-ftuh tal-istaġun tal-insib fl-2014, il-Gvern mar kontra parir ta’ Birdlife u l-Avukat Ġenerali.
Barra minn hekk qalu wkoll li f’riċerka li għamlu, sabu bosta illegalitajiet u abbużi.