Inċident b’rollercoaster f’park fl-Isvezja ħasad il-ħajja ta’ persuna, filwaqt li ħalla minn tal-inqas disgħa oħra midruba.
L-inċident seħħ fil-park Gröna Lund, fil-belt ta’ Stokholma, għall-ħabta tal-11:30, meta r-rollercoaster inqala’ minn postu.
Dan ir-rollercoaster għandu għoli ta’ madwar 30 metru, u veloċita’ ta’ madwar 90 kilometru.
In-nies preżenti ġew evakwati wara l-inċident, filwaqt li ssejħu l-Pulizija u tim mediku.
Il-Kap Eżekuttiv tal-park Jan Eriksson, iddikjara ġurnata ta’ luttu.
Tlieta minn dawk midruba, qed isofru minn ġrieħi serji.
Fil-ħin tal-inċident, ir-rollercoaster kien qed iġorr 14-il persuna, meta n-nies bdew jaqgħu għal isfel.
Il-park, li ilu jopera 140 sena, se jingħalaq għal ġimgħa, sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.