Suleman Dawood, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li tilef ħajtu abbord is-sottomarin Titan, ħa miegħu rubik’s cube, bil-għan li jikser rekord dinji.
Dan qalitu omm iż-żagħżugħ, f’intervista mas-sit internazzjonali BBC.
Suleman kien applika għall-Guinnnes World Records, u missieru Shazada, li tilef ħajtu wkoll f’dan l-inċident, ħa miegħu kamera, sabiex jiffilmja dan il-mument.
Omm iż-żagħżugħ qalet li hi u bintha kienu abbord il-Polar Prince, bastiment ta’ appoġġ għal dan is-sottomarin, meta skoprew li ntilef kull kuntatt mas-sottomarin.
Hija qalet ukoll li kienet ippjanat li tmur fuq din l-avventura ma’ żewgha, iżda dawn il-pjanijiet sfaxxaw fix-xejn kawża tal-pandemija tal-Covid.