F’Kunsill Ġenerali li laqqa’ l-Partit Nazzjonalista mhux biss spikkaw l-ideat tal-passat iżda anki l-kelliema kienu tal-passat.
Id-deputat tal-establishment Beppe Fenech Adami nfexx f’attakki u mbagħad saħaq li, fuq l-ekonomija, il-Partit Nazzjonalista għandu track record.
Qal, “Tibżgħux tiftaħru bit-track record ekonomiku tal-Partit Nazzjonalista.”
Dan kien diskors sintomatiku ta’ Bernard Grech li, f’diskors li għamel fl-istess Kunsill Ġenerali, fisser kif ta’ ħaddieħor huwa ħażin u tiegħu kollu tajjeb.
Ieħor tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista, li kien jintalab imur jiġbor il-firem kontra l-eks Kap Adrian Delia, Mark Anthony Sammut, infexx f’aktar attakki.
Qal, “Il-problema f’pajjiżna hi li m’hawnx Gvern.”
Imma mbagħad, ftit minuti wara, id-deputat Toni Bezzina kompla jikxef il-firda li anki ħarġet ħafna waqt l-elezzjoni għall-eżekuttiv tal-partit bi block votes bejn fazzjoni u oħra.
Qal, “Ħafna nies jistaqsuk, ‘Imma l-Partit kif sejjer? Qed nimxu xi ftit ’il quddiem? Il-Partit magħqud?”
Fl-istess Kunsill Ġenerali b’bosta kelliema, is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jirbaħ l-elezzjonijiet li jmiss.
Qal, “Jassiguraw li s-sena d-dieħla jġib ir-riżultat pożittiv.”
Fost diskorsi mimlija għajjat u b’politika ankrata fil-passat, imbagħad fil-Kunsill Ġenerali spikka wkoll il-partiġjaniżmu.
Qal, “Għalhekk aħna kburin li nissejħu Nazzjonalisti”