Raġel ta’ erbgħa u tletin sena mill-Maċedonja li jgħix San Pawl il-Baħar baqa’ jinżamm arrestat wara li dalgħodu, tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ vjolenza domestika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ġie mixli b’akkużi marbuta ma’ vjolenza domestika fuq il-mara tiegħu, f’każ li seħħ fid-dsatax ta’ Ġunju f’San Pawl il-Baħar stess.
Fil-Qorti, ir-raġel wieġeb mhux ħati u ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.
Għaldaqstant, huwa ġie eskortat lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.