Il-Gvern qed iwettaq riforma importanti, kuraġġuża bi prinċipji ċari.
Dawk li jħares il-mara li jistgħu jinqalgħulha kumplikazzjonijiet mediċi waqt it-tqala.
Fi ftit jiem mhux se jibqa’ reat kriminali jekk isir intervent biex tkun imħarsa ħajjet l-omm, anke jekk il-professjonisti jaġixxu f’każ ta’ saħħa gravi li li jkun jista’ jwassal għall-mewt.
Dan kollu kien diskuss waqt il-programm Sibt il-Punt fuq ONE Radio.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne innota dwar kif fl-aħħar xhur ħafna bdew jirealizzaw l-għan tal-gvern u kien hemm anke dawk li bidlu l-fehma u llum qed jaqblu li l-emendi fil-liġi hemm bżonnhom.
Irrakkonta l-esperjenzi reali ta’ professjonisti mediċi nfushom li fehmu iktar minn qatt qabel kemm jeħtieġ ikunu mħarsa.
Qal, “Aħna f’dawn ix-xhur li konna qed niddiskutu, kien hemm każijiet iċempluli fis-siegħa ta’ filgħodu jgħiduli isma nkwetati għax għandna din is-sitwazzjoni mara ħa titlef ħajjitha, ħa titlef ħafna demm imma nkwetati li jekk ħa nagħmlu xi ħaġa u l-avukati ma tawhomx serħan. Iġifieri ħa jkollna sitwazzjoni fejn min ħa jkollu bżonnha, il-pazjenti u t-tobba ħa jindunaw li din ħa ssalva l-ħajjiet imma mbagħad se jinduna wkoll il-poplu kollu li mhux vera ħa ddaħħal l-abort u allura min għamel il-ġimgħat u x-xhur ibeżża’ bil-babaw ħa jindunaw min verament għandu, huwa allarmista u min verament huwa progressiv.”
Dwar dan ikkummenta il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard li nnotat l-aġir tal-Oppożizzjoni, li fl-aħħar xhur għamlet kampanja biex tirreżisti l-bidla. Ladarba anke l-professjonisti mediċi bdew jitolbu s-serħan il-moħħ, allura l-Partit Nazzjonalista nqabad fuq sieq waħda.
Qalet, “Il-Partit Nazzjonalista beda bil-punt li m’għandniex bżonn din l-emenda u mbagħad għamel il-punt li ndaħħlu l-emenda f’każ li l-mara tkun fil-periklu tal-mewt biss u qalilna mhux qed naqbel li tiġi introdotta saħħa. Bl-abbozz numru tmienja u għoxrin li qed jiġi propost, is-saħħa baqgħet hemm inkluż is-saħħa mentali l-Partit Nazzjonalista kien kontra. U għalhekk il-Partit Nazzjonalista, jew għamel U-turn li għandu kull dritt jagħmel wara li jkun ikkonsulta man-nies ikun għamel U-turn u wasal ikkonvinċejnih biex ikun magħna.”
It-tabib Malcolm Paul Agius Galea innota ċ-ċertezza legali issa se tingħata b’din l-emenda anke lill-professjonist mediku, li diġa’ jkun f’pożizzjoni diffiċli meta jkun qed jikkura omm f’din it-tip diffikulta.
Qal, “L-intenzjoni ta’ kull tabib m’hija qatt li jagħmel ħsara lill-ebda persuna, l-intenzjoni ta’ kull tabib li dejjem jagħmel il-ġid. Taħseb li mhux diffiċli għalija li jkolli nagħżel bejn wieħed u ieħor? Aħseb u ara kemm hija aktar diffiċli li naf li kriminalment ħa niġi akkużat. Sa mnalla jkun hemm Gvern li jkun qed jisimak iwieżnek u jgħidlek inti qed tagħmel l-affarijiet bl-iktar intenzjoni tajba, jien se ngħinek, veru se naqilgħu l-kritika fuqha imma jien xorta ħa nibqa’ hemm ngħinek. Illum l-kelma proprja hija sodisfazzjon għal dawk in-nisa kollha u anki dawk it-trabi, iva qegħdin naħsbu fihom u ħa nibqgħu naħdmu għall-ġid tagħhom kollha.”