F’diskors li għamel, il-President Putin, sejjaħ l-isfida mill-kap tal-forza Merċenarja Wagner, bħala “tradiment” li mar kontra x-xewqat l-awtoritajiet Russi.
Min-naħa tiegħu, Prigozhin sejjaħ għal ribelljoni kontra l-armata, minkejja li ċaħad, kolp ta’ stat.
Mingħajr ma semma l-Prigozhin b’ismu, Putin wiegħed li jikkastiga lil dawk involuti.
Hu irrikonoxxa li s-sitwazzjoni fil-belt tan-nofsinhar, Rostov-on-Don, li ġiet maħkuma mill-Wagner, mhijiex waħda faċli.
Kelliema għall-Wagner, qalu li dawn ikontrollaw belt viċin il-fruntiera ukrena, fejn ir-residenti intalbu jibqgħu ġewwa.
Il-Ġimgħa filgħaxija, is-sigurta’ fir-Russja żdiedet, is-servizz tal-internet ġie restritt, u vettur militari dehru fit-toroq ta’ Moska.
Prigozhin akkuża lill-armata li attakkat forzi fl-Ukrajna, fejn it-truppi tal-Wagner qed jiġġieldu għar-Russja.
Dan ġie miċħud mill-awtoritajiet Russi.
AQRA AKTAR: