L-Awtoritajiet Russi fetħu investigazzjoni kriminali kontra wara li Yevgeny Prigozhin, sid il- l-grupp militari merċenarju Russu Wagner, qal li qasam mill-Ukrajna lura għal ġor-Russja biex itajjar min-nofs lit-tmexxija militari Russa u lill-Ministru tad-Difiża.
Prigozhin qal li hu u l-25,000 ġellied tiegħu kienu lesti li jagħtu ħajjithom għal din il-missjoni.
Din l-isqarrija għamilha wara li Prigozghin akkuża lill-Ministru tad-Difiża Russu, Sergei Shoigu, li ordna attakk bil-missili fuq suldati tal-grupp Wagner li qed jiġġieldu f’isem ir-Russja kontra l-qawwiet Ukreni.
Prigozhin qal li t-truppi tiegħu issa se jieħdu azzjoni biex ipattuha lil Shoigu, u appella lill-armata Russa biex ma toffrix reżistenza.
Il-Ministeru tad-Difiza Russu ċaħad dak li qed jallega Ptrigozhin u l-Kumitat Nazzjonali Kontra t-Terroriżmu fetaħ investigazzjoni kriminali fuq akkużi ta’ sejħa għal kolp ta’ stat.
Kelliem għall-Kremlin qal li l-President Russu Putin huwa infurmat bis-sitwazzjoni u li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji.
Quddiem din l-isfida li qed jagħmel il-mexxej tal-forza merċenarja Wagner, Putin mistenni jindirizza lin-nazzjon fuq it-televiżjoni.