It-team nazzjonali malti tal-waterpolo tal-irġiel beda bl-impenji tiegħu fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew b’rebħa sabiħa fuq l-Ukrajna bl-iskor ta’ 14-7.
Il-maltin, immexxija minn Milan Cirovic, rebħu s-sessjonijiet kollha. Bdew b’rebħa ta’ 2-1 fl-ewwel sessjoni filwaqt li fit-tieni sessjoni rebħu 3-0. It-team malti rebaħ it-tielet sessjoni 5-3 u r-raba’ waħda 4-3.
Il-goals tal-maltin waslu minn ghat trick ta’ Ben Plumption u Jake Muscat filwaqt li Jayden Cutajar, Benjamin Cachia u Nikolai Żammit skurjaw żewġ goals kull wieħed. James Gabarretta u Liam Galea skurjaw goal kull wieħed.
F’logħba oħra mill-istess kwalifikazzjoni Germanja għelbu lil Bulgarija 24-3.
Malta terġa tkun fl-azzjoni għada s-sibt fit-19.45 kontra l-Ġermanja u l-Ħadd fid-9:00 kontra l-Bulgarija. Il-logħob kollu qed isir fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq.