Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem fuq Pjazza dwar Bill28, li se jemenda l-Kodiċi Kriminali biex jekk tintemm tqala kawża ta’ kumplikazzjoni medika l-omm u l-professjonist ma jirriskjawx il-ħabs.
Id-Deputat Prim Ministru fisser kif dak li qal meta tnediet l-emenda għall-ewwel darba u l-eżempji li tkellem dwarhom, għadhom validi llum anke jekk l-emenda ġiet imsaħħa biex ikun indirizzat ċertu tħassib u l-għanijiet tal-gvern ikunu kristalizzati.
Fi kliem id-Deputat Prim Ministru Fearne din se tkun kisba storika oħra li ġab il-Partit Laburista. Id-Deputat Prim Ministru fakkar li l-Oppożizzjoni qalet li ma kienx hemm bżonn din l-emenda, għalkemm illum qed taqbel magħha. “Fejn nistgħu nispjegaw aħjar biex jifhem kulħadd u kulħadd ikollu moħħu mistrieħ.. għamilnih,” qal id-Deputat Prim Ministru fi Pjazza.