Allegata vittma ta’ vjolenza domestika, talbet li twaqqa’ l-akkużi kontra missier iż-żewġ uIiedha, li ddeskrivietu bħala missier ideali.
Ir-raġel ġie mixli li weġġa’ ħafif lill-mara, li żammha kontra l-volonta’ tagħha, u li heddidha.
Huwa allegatament ixxuttja lill-mara, qabel sakkarha fil-kamra tas-sodda, wara argument minħabba finanzi.
Hija qalet li dan kien inċident iżolat, fir-relazzjoni tagħhom, li tmur lura 25 sena.
L-allegata vittma infurmat lill-Qorti li ma riditx tixhed, hekk kif riedet taħfirlu. Żiedet tgħid li hu “missier ideali” u “sieħeb rispettabbli”.
Għalhekk, il-Qorti ma setgħetx tkompli bil-każ.