Mara għadha kif welldet mogħża wara li għamlet sentejn tqala, dan skond x’ġie rrapportat fil-midja Niġerjana.
Il-mara, li ma ntqalx x’jisimha, ġie rrapportat li għamlet sentejn tqila u kien għalekk li marret f’ċentru tal-komunità tfittex l-għajnuna.
Ċentru li joffri servizz tas-saħħa b’xejn kien infetaħ minn patri, l-istess ċentru li l-mara marret fih.
Diversi persuni ngħaqdu flimkien biex isegwu dan il-fenomenu fejn il-midja lokali rrapportat li kien hemm ferħ ta’ mogħza fl-art miksija demm. Bosta qed jgħidu li filwaqt li hu każ li ma jitwemminx, filmat li beda jdur fuq il-midja juri propju dak li ġie rrapportat.
Il-każ seħħ fil-belt ta’ Port Harcout fin-Niġerja u ġie rrapportat fuq il-midja soċjali fejn ħa l-fama wara li ttella’ fuq siti bħal The Herald, u Daily Post.
Nota: Il-filmat hu wieħed grafiku