Raġel tilef ħajtu fil-Gudja wara li nqabad taħt karozza.
Informazzjoni li kiseb ONE News minn fuq il-post, turi li aktarx, ir-raġel mar jipprova jgħolli karozza fil-garaxx u waqgħet fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 fi Triq Raymond Caruana.
Fuq il-post marru mill-ewwel uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili, ambulanza b’tim mediku u tabib tal-emerġenza iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, minkejja tentattivi tas-CPR mill-uffiċjali mediċi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.