Il-pjan li kellu missier biex joqtol lil martu u lit-tifla ta’ erba’ snin ħareġ fil-beraħ meta l-akkużat bi żball bagħat messaġġ tal-pjan lill-eks impjegatur tiegħu minflok lil dak li kellu jwettaq il-pjan.
Jeff Lyte, minn Washington fl-Istati Uniti, ħallas raġel bl-isem ta’ Shayne biex joqtol lil martu u lit-tifla tiegħu li għandha biss erba’ snin, dan kollu biex jieħu s-somma ta’ $1.5 MILJUN li kieku kien jingħata mingħand tal-life insurance’ kieku tilef lil familtu.
L-eks impjegatur tiegħu kif ra l-messaġġ pront mar għand il-Pulizija u qalilhom b’dak li rċieva fejn minn hemm huma arrestaw lill-akkużat.
Meta ġie interrogat għall-ewwel qal li l-messaġġ intbgħatu mit-tifla tiegħu bi żball u wara qal li kitbu biss biex jesprimi r-rabja li kellu u mhux għax kien verament se jwettaq il-pjan.
Lytle qed jinżamm arrestat u se jkun qed jitressaq il-Qorti b’akkużi tant serji li jaf iqatta’ ħajtu f’ċella.