Janet Richard kisret ir-rekord nazzjonali tal-400 metru waqt il-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet li qed isiru f’Silesia l-Polonja.
Richard spiċċat it-tellieqa fit-tieni post f’ħin rekord nazzjonali ġdid ta’ 52.37 sekondi biex kisret ir-rekord li kien tagħha stess dak ta’ 53.49 sekondi. It-tellieqa intrebħet mill-irlandiża Sharlene Mawdsley in 51.55
F’riżultati oħra mill-atleti maltin, Graham Pellegrini spiċċa r-raba’ fl-400 metru irġiel f’ħin ta’ 47.47 sekondi.
Fil-5,000 metru Lisa Bezzina spiċċat fis-sitt post b’ħin ta’ 17-il minuta u 38.54 sekondi.
Fit-800 metru tal-irġiel Christian Chetcuti spiċċa’ r-raba’ post f’ħin ta’ minuta u 53.03 sekondi.
Fl-iSteeplechase 3,000 metru, Luke Micallefkellu ħin sabiħ ta’ 9 minuti u 11.87 sekondi. Huwa kien 2 sekondi biss ‘l bogħod mir-rekord nazzjonali tiegħu stess.
Fix-shotput, Mireya Cassar kellha tefa’ ta’ 11.44 metri u spiċċat fit-tmien post.
Fid-discus, Antonella Chouhal spiċċat fis-seba’ post b’tefa’ ta’ 31.70 metri.
Fit-Triple Jump, James Armani kellu qabża ta’ 13.78 metri u temm fid-disa’ pożizzjoni.