Erba’ midalji, tlieta minnhom tad-deheb intrebħu mil-atleti maltin llum waqt l-iSpecial Olympics World Games li qed isiru f’Berlin.
Matthew Buġeja rebaħ il-midalja tad-deheb fit-tiġrija tal-200m. Huwa daħal l-ewwel f’ħin ta’ 26.2 sekondi.
Midalja oħra tad-deheb waslet mill-Bowling Unified Sports Team. It-team malti kien kompost mill-plejers Amanda Cini, Luke Burke, Daniel Grech & Philip Gruppetta.
Gareth Borg rebaħ midalja tad-deheb fit-tiġrija tat-triq fuq distanza ta’ 15KM. Borġ kellu ħin ta’ 28 minutes 52.92 sekondi.
Matul il-ġurnata tal-lum waslet ukoll midalja tal-fidda permezz ta’ Jake Gatt fit-tellieqa tat-800m. Gatt kellu ħin ta’ 2 minuti u 36 sekondi.
L-iSpecial Olympics World Games bdew nhar il-Ħadd u jibqgħu sejrin sat-23 ta’ Ġunju. B’kollox qed jieħdu sehem 7000 atleta minn 170 pajjiż differenti. Huma qed jikkompetu f’24 dixxiplina sportiva.
Special Olympics Malta qed tieħu sehem b’kontinġent ta’ 22 atleta fid-dixxiplini tal-Atletika, Bocce, Bowling, Ċikliżmu, Golf, Għawm u Table Tennis.
Il-kontinġent malti hu mmexxi mill-President ta’ Special Olympics Malta Dr Lydia Abela u d-Direttur Ġenerali Anna Calleja.