Il-lukanda Corinthia Palace ta’ Ħ’Attard tilfet kawża bl-għeruq u x-xniexel wara li qabdet u remiet numru ta’ freezers tal-ġelat. Il-kwistjoni bdiet wara li bejn l-elfejn u sebgħa u l-elfejn u ħdax, il-kumpanija tal-ġelat Mezzan, provdiet numru ta’ freezers wara li l-lukanda kienet tixtri l-ġelat mingħandha.
Kien f’nofs is-sena elfejn u erbatax meta l-lukanda bdiet tipproduċi l-ġelat hi u l-freezers ġew ingħataw il-ġenb bil-konsegwenza li waqt xogħol ta’ tindif ġew mormija.
Meta d-diriġenti tal-Mezzan saru jafu li l-freezers tagħhom spiċċaw mormija marru personalment jistaqsu dwarhom. Inizzjalment kien se jintlaħaq qbil iżda meta tal-Mezzan bagħtu spiża li tlaħħaq kważi l-ħames t’elef ewro, tal-lukanda kienu lesti biss li jħallsu ħames mitt ewro. Il-Qorti kkunsidrat li t-talba tal-Mezzan kienet waħda leġittima u qiesu li l-freezers ma kienux ġodda. Kien għalhekk li talbu lil lukanda Corinthia biex iħallsu s-somma ta’ erba’ t’elef, seba’ mija u erbgħa u għoxrin ewro.