Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, f’Messina ġie organiżżat il- Grand Prix tal-Italja 2023. Jurgen Balzan kellu tmiem il-ġimgħa tajba kemm fil-kompetizzjoni Individwali kif ukoll dik tat-timijiet.
Is-Sibt fil-kompetizzjoni individwali, Balzan kien semifinalist tal-kategorija Open. Hekk kif għadda il-fażi tal-gruppi kellu logħba kontra il-Malti Jean Tabone fejn kellu rebħa sabiħa bl-iskor ta’ 3-1. Fil-kwarti tal-finali lgħab kontra it-taljan Claudio la Torre, hawn Jurgen Balzan kellu rebħa oħra sabiħa bl-iskor ta’ 6-5 bil-ħin suplimentari. Is-semifinali kienet kontra l-plejer Taljan Saverio Bari li ntemmet b-telfa ta’ 5-1.
Il-Ħadd kien ukoll finalist flimkien mat-tim tiegħu St Stembert. Balzan kellu turnament tajjeb. It-tim kien iffurmat mil-kaptan Daniel Scheen, Pascal Scheen, Jurgen Balzan u Nicole Abela. Fil-finali lagħbu kontra it-tim Taljan Barcellona u tilfu b’differenza ta’ gowls wara li riżultat kien dak ta’ draw 1-1.