Il-Qortni orndat lil Mario Caruana ta’ 59 sena mill-Fgura biex jattendi kors biex jitgħallem jikkontrolla r-rabja. Dan wara li darab lill-ibnu serjament b’sikkina tal-ħobż waqt argument.
Caruana ħalla lill-ibnu bi ħmistax-il punt, wara inċident li seħħ ilbieraħ. Minbarra l-kors, huwa ngħata wkoll sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal erba’ snin, wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-kors se jdum tliet snin, u kellu jħallas ukoll garanzija personali ta’ elfejn ewro.
L-iben qal li ħafer lill-missieru imma l-imġieba vjolenti tiegħu teħtieġ tkun indirizzata.